“Fil-Venerabbli Madre Margerita l-poplu għandu eżempju ta’ mara hienja” – L-Isqof Grech

L-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech ħabbar uffiċjalment id-Digriet tal-Kongregazzjoni tal-Kawżi tal-Qaddisin, iffirmat mill-Papa Franġisku, u li bih Madre Margerita De Brincat ġiet iddikjarata Venerabbli.
Id-digriet inqara fil-bidu tal-Quddiesa li saret fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja Parrokkjali Ta’ Kerċem, fejn twieldet il-Venerabbli, u li ġiet ikkonċelebrata fost l-oħrajn mill-Isqof Mario Grech, l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna min-Nunzju Appostoliku Aldo Cavalli.
Fl-omelija tiegħu, Mons. Grech qal li “fil-persuna tal-Venerabbli Madre Margerita tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Poplu ta’ Alla għandu eżempju ta’ mara hienja”.
Fil-kongregazzjoni kien hemm għadd sabiħ ta’ Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù, imwaqqfa mill-Venerabbli De Brincat.
Ritratti: John Cordina