​Fil-qrib il-Gvern iħabbar il-pjani għal titjiriet bejn il-gżejjer

Il-ġimgħa d-dieħla l-Gvern mistenni jħabbar il-pjani tiegħu b’rabta ma’ titjiriet bi skeda bejn Malta u Għawdex.
Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo qal dan fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Chris Said.
Is-sena li għaddiet il-Gvern ħareġ sejħa għal interess biex isir studju dwar il-possibiltà ta’ titjiriet bi skeda bejn iż-żewġ gżejjer.
Said staqsa dwar min għamel l-istudju u kemm tħallas għalih.
Il-Ministru Refalo qal biss li l-ġimgħa d-dieħla l-Gvern se jħabbar id-dettalji.