​Fil-Qorti jinstema’ każ ta’ tifla bi ksur f’rasha f’dar bil-ħmieġ tal-annimali

Fil-Qorti nstema’ kif tifla żgħira sofriet ksur f’rasha li allegatament kien ikkaġunat minn raġel li kien qed jgħix ma ommha f’dar li kellha l-ħmieġ tal-annimali f’diversi kmamar.
L-omm ta' 28 sena tpoġġiet taħt probation hekk kif fil-Qorti nstema’ kif it-tfal tagħha kienu jgħixu f'ambjent maħmuġ. Hija nstabet ħatja talli ma ħaditx ħsieb lit-tfal iżda nstabet mhux ħatja talli kkawżatilhom il-ġrieħi.
Il-Pulizija u s-social workers kienu marru jispezzjonaw id-dar tal-familja. Hemm sabu numru ta’ ashtrays maħmuġin. Wieħed minnhom kien eżatt maġenb is-sodda tat-tfal. Instabet ukoll sikkina fil-kamra tat-tfal.
Waqt l-ispezzjoni, nstab ukoll li kien hemm il-ħmieġ ta’ kelb mad-dar. L-omm qalet li kienet qatgħet qalbha milli tnaddfu peress li l-kelb kien jerġa’ jħammeġ kull m’hemm eżatt kif kienet tispiċċa tnaddaf.
Iż-żewġ subien tal-omm taw ix-xhieda tagħhom fil-Qorti fejn qalu li r-raġel li kien qed jgħix ma’ ommhom kien involut fi ġlieda, kien siker waqt festa, u spjegaw kif il-kelb tiegħu qatlilhom il-qtates.
Il-Qorti ordnat li jkun hemm ordni ta' superviżjoni għall-omm, għall-benefiċċju tagħha u tat-tfal.