Fil-proġett taċ-Ċittadella fadal biss xogħol ta’ tisbieħ

Ix-xogħol fil-proġett taċ-Ċitadella hu kważi kollu lest, ħlief għal xogħlijiet ta’ tisbieħ li għaddejjin fid-daħla taċ-Ċittadella, li mistennija jkunu lesti dalwaqt.
Dan qalu l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo fi tweiġba għal mistoqsija parlamentari mressqa mid-deputat Etienne Grech.
Saħaq li l-proġett taċ-Ċittadella hu proġett li kien ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea u sostna li l-proġett jikkonsisti f’diversi komponenti.
Dawn jinkludu l-konverżjoni ta’ żewġ ġibjuni tal-ilma f’ċentru għall-viżitaturi, ir-riabilitazzjoni tal-foss, ir-restawr tal-faċċati tal-binjiet storiċi, l-istallazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ dawl u floodlighting, tindif u konsolidazzjoni tar-rovini u l-bdil tal-Mużew tal-Folklor f’dar tal-perjodu, fost oħrajn.