Fil-Polonja hemm 32,000 persuna konsagrata jitolbu u jaħdmu mal-poplu

L-insara fil-Polonja għadhom l-akbar numru ta' persuni konsagrati fl-Ewropa.

Skont ċifri maħruġa li jkopru l-perjodu sal-aħħar tal-2018, fil-Polonja hemm madwar 32,000 bejn sorijiet u patrijiet li kontinwament jaħdmu u jitolbu għall-poplu.“L-essenza tal-ħajja reliġjuża hi li tagħmel il-ħajja ta’ Kristu preżenti fid-dinja permezz ta’ tliet virtujiet Evanġeliċi li huma l-kastità, il-povertà u l-ubbidjenza.  Il-kastità hija mħabba; il-povertà hi ħelsien u l-ubbidjenza hi li tkun lest. Hekk kien Kristu: iħobb, kien ħieles u jobdi”.

Dan enfasizzah l-Isqof Jacek Kicinski, Chairman tal-Kummissjoni għall-Istituti ta’ Ħajja Konsagrata u Assoċjazzjonijiet ta’ Ħajja Appostolika tal-Konferenza Episkopali Pollakka.

L-akbar grupp ta’ nisa konsagrati fil-Polonja huma nisa.  In-numru ta’ sorijiet fil-pajjiż jitla’ għal 20,240 li 1,290 minnhom jgħixu ħajja kontemplattiva.  Fil-Polonja hemm 106 konfregazzjonijiet ta’ sorijiet li bejniethom għandhom 2.120 dar reliġjuża

Is-sorijiet imexxu nurseries, kindergartens, skejjel primarji, skejjel għolja, skejjel vokazzjonali, dormitorji, kmamar komuni, orfanatrofji, ċentri edukattivi, xelters għal min m’għandu dar fejn joqgħod, sptarijiet, ċentri ta’ riabilitazzjoni, djar tal-vaganzi għal-lajċi, ospizji u djar tal-pubblikazzjonijiet.

Xiehda ta’ Alla

Sr. Maksymilla Pliszka, chairwoman tal-Konferenza tas-Superjuri Ġenerali tas-Sorijiet fil-Polonja ssostni li l-qofol tal-ħajja reliġjuża hu li tagħti xhieda ta’ Alla u tħobbu b’mod radikali. Aħna rridu nibdlu d-dinja, minn ġewwa, permezz tal-imħabba, talb, xogħol u billi nkunu ta’ servizz”.

Hemm ukoll 11,403 patri Pollakk li jservu fil-pajjiż u barra minnu. Il-konfregazzjonijiet bl-akbar numru ta’ patrijiet huma l-Franġiskani, (1,230); Salesjani, (1040); u l-Franġiskani Konventwali (934).

L-Isqof Arkadiusz Okroj, li fil-Polonja hu responsabbli mid-diversi forom ta’ ħajja konsagrata qal li fil-pajjiż hemm ukoll 300 nisa u rġiel romol konsagrati u 322 tfajla verġni li huma konsagrati wkoll.  Qal li Bħalissa dawn il-forom indivdiwali ta’ ħajja konsagrata qed jikbru.

Il-Jum Dinji tal-Ħajja Konsagrata jkun ċelebrat fit-2 ta’ Frar ta’ kull sena, festa tal-Preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-Tempju. Din is-sena t-tema magħżula għaċ-ċelebrazzjoni ta’ dan il-Jum kienet “L-Akbar Misteru tal-Fidi” li hu parti mit-tema tas-sena Pastorali.