Fil-Polonja għaddejja l-elezzjoni presidenzjali

Fil-Polonja qed issir l-elezzjoni għall-President tal-pajjiż bil-President attwali Andrzej Duda mistenni jirbaħ dan l-ewwel round. Iżda esperti politiċi Pollakki qed jgħidu li l-kandidat taċ-ċentru lemini Civic Platform jaf jagħti sfida tajba fit-tieni round tal-elezzjoni hekk kif illum mistenni li jiġi fit-tieni post.

Rafal Trzaskowski li huwa meqjus bħala favur l-Ewropa huwa s-Sindku tal-kapitali Warsaw. Stħarriġ tal-oppinjoni pubblika jindika li Duda mistenni jġib 41% u Trzaskowski 30% tal-voti.

It-tieni round tal-elezzjoni Presidenzjali fil-Polonja mistennija li ssir fit-12 ta’ Lulju li ġej li tiddetermina l-għażla tal-Pollakki għal President.