Fil-periklu wal-mewt wara li waqa’ minn gallarija fil-Mellieħa

Ġlieda Marsa persuna sptar mater dei ambulanza

Read in English.

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn gallarija fil-Mellieħa.

Il-każ seħħ kmieni filgħodu għall-ħabta tas-1am wara li r-raġel Ingliż ta’ 45 sena waqa’ minn gallarija fir-raba’ sular ta’ lukanda li tinsab fil-limiti tal-Marfa.

Fuq il-post issejħet l-ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.