Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq sellum

aċċident mutur San Ġiljan

Raġel qiegħed fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq sellum.

Skont stqarrija mingħand il-Pulizija, l-inċident seħħ fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta, għall-ħabta tad-9pm. Ir-raġel għandu 58 sena u residenti l-Belt Valletta stess. Huwa weġġa’ meta waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed ineħħi pavaljun fl-imsemmija triq.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura
meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.