Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ travu f’San Ġiljan

Read in English.

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ travu fuqu f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġiljan. Ir-raġel huwa Taljan resident Birżebbuġa u għandu 59 sena.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li l-inċident seħħ fi Triq Lapsi għall-ħabta tas-2.15pm

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post flimkien ma’ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lil vittma l-isptar għall-kura meħtieġa.

Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia LL.D, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.