Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ t-taraġ

Raġel ta’ 40 sena jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li waqa’ t-taraġ fil-blokka tal-appartament fejn jgħix.
L-inċident ġara fis-siegħa ta’ dalgħodu fi Triq l-Ibjar fil-Belt.
Ir-raġel waqa’ waqt li kien nieżel minn fuq il-bejt.  Il-paramediċi sabuh mitluf minn sensieh fl-indana tas-sular ta’ fuq.
Ambulanza ħaditu mill-ewwel lejn Mater Dei għall-kura.