Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ sular fix-Xgħajra

Read in English.

Raġel ta’ 60 sena spiċċa fil-periklu tal-mewt meta waqa’ sular f’għalqa fix-Xgħajra.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għan-12.30pm. L-inċident ġara f’għalqa fi Triq San Leonardu.

Ir-raġel li joqgħod iż-Żejtun waqa’ minn fuq kamra fl-għalqa. Fuq il-post marru membri tas-CPD u tim mediku li ta l-ewwel għajnuna.

Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza.

Il-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello ordnat li ssir inkjesta.