Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ sular f’Għawdex

Żagħżugħ ta’ 26 sena mix-Xewkija jinsab f’periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar sular f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq it-Tiġrija, in-Nadur.
Iż-żagħżugħ kien qed jaħdem minn fuq sellum meta waqa’.
Hu ttieħed b’ambulanza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ġie ċċertifikat f’qagħda kritika.
Il-Pulizija qed tinvestiga waqt li nfetħet inkjesta Maġisterjali.