Raġel ta’ 56 sena spiċċa fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn dgħajsa għal ġol-baħar, skont il-Pulizija.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li rċeviet rapport dwar l-inċident fl-10am. L-inċident ġara fil-Gżira ħdejn Manoel Island.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili, membri tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM), u membri tar-Red Cross assistew lir-raġel Ingliż.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post u mbagħad ittieħed l-istpar Mater Dei b’ambulanza.