Aġġornata: Jaqleb stabbli ż-żagħżugħ li waqa’ f’Wied is-Sewda

Newsbook.com.mt huwa nfurmat li ż-żagħżugħ ta' 15-il sena li lbieraħ filgħaxija waqa' f'Wied is-Sewda qaleb għal qagħda stabbli.
Madankollu xorta waħda għadu qed jinżamm fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei u xorta għadu jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

Aktar kmieni:

Żagħżugħ ta’ 15-il sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn għoli waqt li kien fl-inħawi ta’ Wied is-Sewda, magħruf ukoll bħala tal-Bonċ limiti ta’ Ħal Qormi.
Il-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għall-ħabta tal-5:30pm.  
Iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin filwaqt li nħatru diversi esperti biex jassistu b’inkjesta maġisterjali.

Ritratt: CMRU