Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ fuq karozza fil-Belt

Malta Police Force

Raġel qed jissielet għal ħajtu wara li waqa’ fuq karozza llum.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-każ seħħ fil-4.45pm fi Triq San Pawl fil-Belt Valletta. Ir-raġel Ingliż li għandu 50 sena u jgħix Tas-Sliema waqa’ lura fuq karozza li kienet qed tiġi misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti Ħal Qormi. Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt ir-raġel x’aktarx tah ħass ħażin.

L-Ingliż ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.