Fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza fin-Naxxar

Raġel qed jissielet għal ħajtu wara li ttajjar minn karoza fin-Naxxar. Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ ilbieraħ fis-6.00pm fi Triq il-Labour.

Jidher li r-raġel li għandu 60 sena u residenti Ħaż-Żebbuġ intlaqat minn karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 20 sena residenti r-Rabat. Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, imbagħad ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.