Fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza f’Bormla

Read in English.

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza f’Bormla

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6.25pm fi Triq San Ġwann t’Għuxa. Ir-raġel ta’ 66 sena resident Bormla stess intlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 63 sena mill-Fgura.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Nadine Lia li ħatret diversi esperti biex jassistuha.