Fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar f’Ħal Luqa

Raġel qed jissielet għal ħajtu wara li llum ittajjar minn karozza f’Ħal Luqa.
L-inċident seħħ fin-12.30pm fl-akwati tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Jidher li l-Ġermaniż ta’ 48 sena ntlaqat minn karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 57 sena, resident Ħal Qormi.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija u ambulanza li ħadu lill-vittma l-Isptar Mater Dei.