Fil-periklu tal-mewt wara li tintlaqat minn vettura

Mara ta’ 69 sena min-Naxxar tinsab fil-periklu tal-mewt wara li iktar kmieni llum intlaqtet minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 52 sena mill-Mellieħa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.45 ta’ filgħodu fi Triq L-Oratorju fin-Naxxar.
Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard ġiet iċċertifikata li tinsab f’qagħda kritika.
Il-Maġistrat tal-Għassa fetħet inkjesta maġisterjali.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.