Fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-mutur

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq f’San Pawl il-Baħar.

Dan ħareġ fi stqarrija mill-Pulizija fejn ġie spjegat li l-inċident seħħ fil-5.30pm ilbieraħ fi Triq Burmarrad.

Ir-raġel ta’ 40 sena residenti l-Fgura ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.