Fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn karozza tal-linja

Tfajla ta’ 17-il sena minn San Ġwann tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn karozza tal-linja f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għal ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar fi Triq il-Qawra, meta t-tfajla ntlaqtet mill-vettura misjuqa minn raġel ta’ 34 sena minn Ħaż-Żabbar.
It-tfajla ttieħdet l-Isptar Mater Dei b'ambulanza fejn ġiet iċċertifikati li tinsab f'qagħda kritika. 
Dwar l-inċident tinsab għaddejja inkjesta maġisterjali.
Ritratt: Media Police