Fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn karozza f’Tas-Sliema

Malta Police Force

Mara ta’ 33 sena qed qed tissielet għal ħajjitha wara li ntlaqtet minn karozza f’Tas-Sliema.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fil-12.15am fi Triq Ġużè Howard. Il-mara li toqgħod Tas-Sliema ntlaqtet minn karozza li kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 25 sena li joqgħod San Ġwann.

Hi ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn kien ikkonfermat li għandha ġrieħi serji.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Neville Camilleri.