Fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza fir-Rabat

Malta Police Force

Żagħżugħ ta’ 18-il sena qed jissielet għal ħajtu wara li ntlaqat minn karozza fir-Rabat.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-6.30pm fi Triq Ħad-Dingli. Iż-żagħżugħ li hu residenti l-Imtarfa ntalaqt minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 62 sena residenti r-Rabat.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna. Iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Nadine Lia. Hu ħatret diversi esperti biex jassistuha.