Fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn injama

Ambulanza-Mater-Dei
Miguela Xuereb

Read in English.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li weġġa’ waqt li kien qiegħed jaħdem f’garaxx f’Wied il-Għasri. Ir-raġel ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

Fi stqarrija l-pulizija qalet li għall-ħabta tat-2.45pm ġew infurmati mid-Diipartiment tas-Saħħa wara li assistew raġel li kien weġġa’ għax intlaqat minn injama li taret minn magna li kien qiegħed jaħdem biha.

Il-pulizija spjegat li fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-vittma l-isptar għall-kura meħtieġa fejn aktar tard xi ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa, Simone Grech ġiet infurmata b’dan il-każ u ordnat li ssir inkjesta. Hija ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.