Fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat b’karozza f’Bormla

Raġel ta’ 42 sena residenti Bormla jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn vettura fi Triq San Pawl f’Bormla.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-8pm bir-raġel jittieħed b’urġenza l-isptar Mater Dei fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 34 sena residenti ż-Żurrieq.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali li qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa Dr G. Vella.