Fil-periklu tal-mewt wara li nstab mitluf minn sensih fil-baħar

Read in English.

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li nstab mitluf minn sensih fil-baħar.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li r-raġel instab fl-4pm fil-Bajja fil-limiti ta’ Blue Lagoon. Ir-raġel ta’ 27 sena mill-Finlandja kien qed jgħum fil-bajja meta sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jogħdos.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna mill-membri tal-ERRC, filwaqt fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Aktar tard huwa ġie ċċertifkat li qed isofri minn ġrieħi serji.