Aġġornata: Raġel jinstab ferut f’għalqa fil-Qrendi

Raġel ta' 54 sena mill-Qrendi instab mixħut f'għalqa midrub, fil-Qrendi stess.
Hu nstab fl-għalqa fi Triq il-Biżantini minn żewġ nisa, qraba tiegħu, li kienu mexjin fit-triq. 
Ir-raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei ftit wara s-1.00am minħabba l-ġrieħi serji li kellu. 
Huwa għamel xi żmien fil-periklu tal-mewt iżda l-kundizzjoni tiegħu qalbet għal waħda stabbli. 
Il-Maġistrat tal-Għassa Carol Peralta fetaħ inkjesta Maġisterjali waqt li l-Pulizija qed tinvestiga l-każ.