Raġel ta’ 27 sena mill-Ghana jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ndarab f’sit ta’ kostruzzjoni.
Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-każ seħħ f’sit ta’ kostruzzjoni li jinsab fi Triq San Klement fiż-Żejtun għall-ħabta tal-11.30am. Intalbet l-assistenza tal-pulizija fejn mill-istħarriġ tagħhom irriżulta li l-ħaddiem waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna. Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Dwar il-każ kien infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia li ħatar diversi esperti biex jassistuh fl-inkjesta.