Fil-periklu tal-mewt wara li jittajjar minn karozza

Anzjan ta’ 67 sena minn Ħal Tarxien jinsab f’qagħda kritika u fil-periklu tal-mewt wara li dalgħodu ttajjar minn karozza f’Santa Luċija.
L-inċident seħħ fi Triq Katarine Vitale fil-5.00 ta’ filgħodu meta r-raġel intlaqat minn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena residenti Santa Luċija stess.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr M Farrugia.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ritratt: CMRU