Fil-periklu tal-mewt wara li jittajjar f’Ħal Għaxaq

Malta Police Force

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar f’Ħal Għaxaq.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6am, ġewwa Triq Dawret Ħal Għaxaq. Ir-raġel, ta’ 63 sena residenti Marsascala, kien qiegħed jaqsam it-triq meta laqtitu vettura misjuqa minn raġel ta’ 64 sena mill-Gudja.

Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet ir-raġel l-Isptar Mater Dei. Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji, u għalhekk jinsab fil-periklu tal-mewt.