​Fil-periklu tal-mewt wara li jintlaqat minn karozza

Raġel Żvediż jinsab fil-periklu tal-mewt wara li dalgħodu ntlaqat minn karozza f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.30am fi Triq Santu Wistin.
Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 31 sena mill-Iklin.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.