Fil-periklu tal-mewt wara li jaqa’ 6 piedi

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sitt piedi.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar fi Triq il-Parroċċa fin-Naxxar.
Minn stħarriġ preliminari jirriżulta li l-vittma, li hu Taljan ta’ 48 sena u li jgħix is-Swieqi, waqa’ minn fuq scaffolding waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ kisi.
Fuq il-post issejħet l-assistenza medika u r-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.
Iktar stħarriġ għadu għaddej filwaqt li nħatru diversi esperti biex jassistu fl-Inkjesta Maġisterjali.