Fil-periklu tal-mewt wara li ħabat f’ċint bil-quadbike f’Ħ’Attard

Malta Police Force

Read in English.

Raġel qed jissielet għal ħajtu wara li dalgħodu ħabat f’ċint bil-quadbike f’Ħ’Attard.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.10am fi Triq il-Belt Valletta. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn irriżulta li raġel ta’ 55 sena residenti Birkirkara tilef il-kontroll tal-quadbike li kien qed isuq u baqa’ dieħel f’ċint.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isfori minn ġrieħi serji.