Fil-periklu tal-mewt wara inċident bil-quad bike f’Ħal Luqa

CMRU

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bi quad bike f’Ħal Luqa.

Il-każ seħħ ilbieraħ fl-10.30pm fi Triq San Tumas. Il-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post fejn sabet li raġel ta’ 64 sena resident l-Ħamrun tilef il-kontroll tal-quad bike li kien qed isuq. Minħabba f’hekk, inqaleb u weġġa’. Miegħu kien hemm ukoll passiġġiera ta’ 20 sena resident l-Ħamrun.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei. Ir-raġel ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. It-tfajla ndarbet ħafif. Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.