Fil-periklu tal-mewt wara inċident bil-mutur

Raġel ta’ 52 sena minn San Ġwann jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident fil-Mellieħa. Tfajla li kienet miegħu sofriet ġrieħi ħfief.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7.15 ta’ dalgħodu, fi Triq George Borg Olivier.
Ir-raġel kien qed isuq mutur tat-tip Kawasaki, meta kien involut f’ħabta ma’ Ford Transit, misjuq minn raġel ta’ 39 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn kien iċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika.
Tfajla ta’ 18-il sena mill-Mellieħa, li kienet passiġġiera fuq il-mutur ittieħdet l-isptar ukoll, fejn, kienet iċċertifikata li sofriet ġrieħi ħfief.
Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin filwaqt li nħatru l-esperti biex jgħinu b’inkjesta maġisterjali.