Fil-periklu tal-mewt wara inċident bil-mutur f’Għawdex

Sewwieq ta' mutur ta' 66 sena mix-Xewkija, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f'inċident tat-traffiku f'Għawdex. 

Kien għall-ħabta tas-7.30am meta seħħet ħabta bejn vann u mutur fi Triq l-Imġarr fix-Xewkija.

Il-vann kien misjuq minn raġel ta’ 55 sena, mir-Rabat Għawdex.
Jidher li ż-żewġ vetturi kienu sejrin lejn id-direzzjoni tal-port tal-Imġarr.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex b'ambulanza.

Il-pulizija qed tinvestiga l-każ u nħatret ukoll inkjesta maġisterjali.​