Fil-periklu tal-mewt wara ħabta f’Birkirkara

Read in English.

Raġel ta’ 46 sena minn Birkirkara jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’ħabta f’Birkirkara. Huwa kien passiġġier f’waħda mill-karozzi.

Il-każ seħħ ilbieraħ fid-9.20pm fi Triq Dun Karm, kantuniera ma’ Triq Tumas Fenech. Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Birkirkara marru fuq il-post fejn irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 25 sena residenti Birżebbuġa u karozza misjuqa minn raġel ta’ 26 sena residenti Birkirkara. L-ewwel sewwieq ma weġġax filwaqt li l-ieħor ġarrab ġrieħi ħfief.

Il-feruti ttieħdu l-isptar b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.