Fil-periklu tal-mewt wara ħabta f’Santa Venera

F’inċident tat-traffiku li seħħ f’Santa Venera, raġel ta’ 52 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-karozza u daħal fil-ħajt tal-akkwedott.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu fi Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera.

Ir-raġel, residenti l-Marsa, ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jintervjenu biex joħorġu lir-raġel mit-tifrik.

Fuq dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.