Aġġornata: Fil-periklu tal-mewt wara ħabta bil-mutur

Daniża tinsab fil-periklu tal-mewt wara ħabta fil-Belt Valletta bejn mutur u karozza.
Il-mara kienet passiġġiera tal-mutur li kien qed jinstaq minn raġel Daniż ta' 46 sena. 
L-inċident ġara mad-dawra tal-Belt, fi Triq l-Assedju l-Kbir, għall-ħabta tal-11.15 ta’ filgħaxija meta s-sewwieq tal-mutur tilef il-kontroll u ħabat ma’ karozza tat-taxi li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni opposta.
Il-Maġistrat Carol Peralta fetaħ inkjesta u l-Pulizija qed tinvestiga.