Fil-periklu tal-mewt raġel li ħabat bil-mutur

CMRU

Read in English.

Raġel jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li ħabat bil-mutur fi Triq Tul il-Kosta.

L-Ungeriż ta’ 50 sena ħabat fl-9.55am fin-Naxxar, fid-direzzjoni lejn San Ġiljan. Huwa residenti San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija qalet li jidher li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-mutur, ħabat mal-barrikati li jaqsmu t-triq u tkaxkar diversi metri.

CMRU

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex
jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard is-sewwieq ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi
serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Magistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo li ordnat li ssir
inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistu.