Fil-periklu tal-mewt: qala’ daqqa ta’ sikkina f’San Pawl il-Baħar

Miguela Xuereb

Read in English.

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara ġlieda li seħħet waranofsinhar f’San Pawl il-Baħar. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3pm fi Triq il-Kaħli.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalu li kif waslu fuq il-post sabu lill-vittma, raġel ta’ 36 sena mill-Libja, b’diversi ġrieħi bl-aggressur kien laħaq ħarab.

Il-pulizija arrestat raġel ta’ 29 sena minn Niġerja li kien identifikat bħala l-aggressur.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-vittma intervjena f’argument li qam bejn żewġ xufiera ta’ vetturi fl-istess triq. Jidher li l-vittma qala’ daqqa ta’ sikkina.

Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata ukoll il-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.