Fil-periklu tal-mewt għax inħaraq

Read in English.

Raġel ta’ 27 sena minn Ħal Tarxien jinsab fil-periklu tal-mewt wara li nħaraq waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fil-Fgura.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:15am fi Triq San Tumas.  Il-Pulizija tad-Distrett u ambulanza marru fuq il-post, bir-raġel jittieħed l-Isptar Mater Dei.