Fil-periklu li jitħassar il-Logħob Olimpiku minħabba l-coronavirus

Il-Logħob Olimpiku jaf jitħassar għal-kollox jekk il-coronavirus tibqa’ ma tiġix ikkontrollata. Dan ħabbru l-Kumitat Internazzjonali Olimpiku. Il-kap tal-Kumitat Dick Pound qal li l-logħob tas-Sajf mhux se jiġu posposti, iżda se jitħassru kompletament minflok. Hu qal li dan il-pass se jittieħed jekk il-vajrus ma jiġix ikkontrollat.

Aktar minn 80,000 persuna minn madwar id-dinja diġà ġew infettati bil-coronavirus, u minnhom mietu 2,700. Dan jinklui erba’ persuni fil-Ġappun stess.

L-Olimpjadi tħassru biss darba fil-124 sena li ilhom isiru. Inċidentalment dawn kienu tħassru wkoll fil-Ġappun. L-edizzjoni tal-1940 kienet tħassewt minħabba t-Tienie Gwerra Dinija. U issa qed ikun ikkunsidrat li jitħassru minħabba l-coronavirus.

Pound spjega kif l-allokar mill-ġdid tal-logħob ma kinitx se tkun xi ħaġa possibbli. Hu appella lill-atleti biex ikomplu jitħarrġu u ma jiqfux għalissa. Qal li s’issa kollox se jibqa’ miexi mal-pjan.