“Fil-pandemija, ir-responsabilità tal-politiċi hi li jkollna inqas vittmi u mhux iżjed” – Arċisqof

Read in English.

L-Aċisqof Charles Scicluna appella lill-politiċi biex ir-responsabiltà tagħhom jużawha biex f’din il-pandemija jkollna inqas vittmi u mhux iżjed.

Waqt l-omelija fil-quddiesa għal Jum it-Tifkira fil-Konkatidral ta’ San Ġwanna, Scicluna ġibed l-attenzjoni għax-xebħ li jeżisti bejn dak li ġara fiż-żewġ gwerer mondjali u dak li qed jiġri illum “fejn qed niġġieldu għadu li ma jidhirx.”

Hu fakkar fi kliem il-Papa Franġisku fl-enċiklika “Fratelli Tutti” fejn tkellem dwar l-imħabba politika. L-Aċisqof stieden lil min għandu r-responsabilità tat-tmexxija biex jitfakar biex bl-għażliet li saru fit-tieni Gwerra Dinjija kellhom iħallsu prezz għalih il-Maltin minkejja li d-deċiżjoniet ittieħdu lil hinn minn Malta.

“Min illum għandu r-responsabilità tat-tmexxija, tajjeb li jiftakar kemm l-għażliet li għamlu ta’ qablu kellhom prezz għoli li ħallasu għalih il-Maltin. Il-Papa fi Fratelli Tutti jitkellem dwar l-imħabba politika, illum l-imħabba politika tfisser li aħna min aħna naħdmu għal solidarjetà bejn il-pajjiżi, għal ġustizzja fid-dinja u naħdmu għal paċi ta’ vera, u fil-kuntest tal-pandemija nieħdu ħsieb ir-responsabiltà li nużaw tgħin biex ikollna inqas vittmi u mhux iżjed,” spejga l-Arċisqof.

“Irridu naħdmu biex l-għożża li niġġieldu għal xulxin f’din il-pandemija tkun għożża umli u konkreta,” kompla jgħid Scicluna.

Dwar Jum it-Tifkira, l-Aċisqof qal li bla memorja wieħed ma jistax jimxi ‘il quddiem u trid jibqa’ ħajja l-fjamma tal-kuxjenza kollettiva li tkun xhieda tal-orrur li seħħ. “ Dak li ninsew nista’ nerġgħu nirrepetuh, jekk niftakru noqgħodu aktar attenti. Jiswielna ta’ ġid kbir jekk nagħmlu memorja tat-tajjeb li sar, “ hu qal.