Fil-pandemija ‘Imħallef jaqta’ 105 kawżi, ieħor 3 biss

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi appella għal soluzzjoni mmedjata fil-qasam tal-ġustizzja minħabba d-dewmien fil-kawżi. Huwa qal li fuq każ ta’ ġlieda, dan l-aħħar, Maġistrat iddiferixxa kawża għal Ġunju 2021.

Azzopardi qal li n-nies huma rrabjati u mweġġa’ u hemm maġistrati u imħallfin li wara l-ħatra jaħsbu li qatt ma jista’ għalihom.

Il-Ministru għall-Ġustizzja qal li l-isfida ewlenija fil-qasam tal-ġustizzja hija l-effiċenza fejn wara li l-Qorti reġgħet fetħet f’Ġunju kien hemm Imħallef li qata’ 105 sentenzi waqt li ieħor kollega tiegħu qata’ biss tlieta.