Fil-Pakistan tal-anqas 63 persuna jmutu fi splużjoni f’suq

Fil-Pakistan, tal-anqas 63 persuna mietu u aktar minn 180 indarbu fi splużjoni ta’ bomba fil-parti li fiha jgħixu Musulmani Xiti fil-belt ta’ Quetta. L-isplużjoni seħħet f’suq li kien iffullat bin-nies.

Dan kien it-tieni attakk f’dawn l-aħħar ħames ġimgħat fi Quetta fejn igħixu l-komunità Hazara. Żewġ attakki suwiċida li seħħu kważi fl-istess ħin fi klabb tas-snooker, fl-10 ta’ Jannar li għadda qatlu 92 persuna u darbu 121.

Il-grupp militanti Sunni Lashkar-e-Jhangvi ħa r-responsabbiltà ta’ l-attakki li saru f’Jannar li għadda, u huwa rrapurtat li ħa r-responsabbiltà ta’ l-attakk tal-bieraħ.