“Fil-Milied il-Mulej berikna għax bagħtilna lil James”

David Henri How I Met

Dan il-Milied kien wieħed speċjali għall-attur Amerikan David Henrie tas-sensiela How I Met Your Mother. Huwa kien jinterpreta lil Luke Mosby.

Għall-attur Amerikan ta’ 31 sena il-jum tal-Milied fisser li sar missier għat-tieni darba vit-twelid taċ-ċkejken James. Hu u martu Maria Cahill kellhom tifla, Pia Philomena Francesca, f’Marzu tal-2019. Madanakollu għall-koppja mhux dejjem kien faċli għax kemm ilhom miżżewwġin kellhom erba’ korrimenti u kien proprju fil-Milied tas-sena l-oħra li huma għaddew mir-raba’ korriment.

L-attur kiteb b’mod pubbliku li huwa kburu b’martu li apparti li din is-sena qasmet il-palk ma’ Ġesu, dan berikhom għax bagħtilhom liċ-ċkejken James proprju fil-jum li sena qabel kienu tilfu tarbija.

James Thomas Augustine Henrie twieled fil-25 ta’ Diċembru 2020 fid-9:33pm.