Fil-Messiku: Il-katavru ta’ ġurnalist jinstab b’rasu maqtugħa

Credit: The Sun

Read in English.

Il-ġurnalist veteran Julio Valdivia nstab b’rasu maqtugħa viċin il-linji tal-ferrovija fl-istat ta’ Veracruz fil-Messiku l-Erbgħa wara nofsinhar.

Skont il-gazzetta Diario El Mundo ta’ Córdoba li magħha kien jaħdem il-ġurnalist, il-mutur tiegħu nstab ftit metri ‘l bogħod mill-ġisem tiegħu.

Il-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ġurnalisti (CPJ) qal li l-ġurnalist mhux l-ewwel darba li rraporta l-kriminalità u s-sigurtà f’Córdoba.

Skont is-sit CNN din is-sena dan huwa l-ħames qtil li sar fil-konfront ta’ perusni li jaħdmu fil-qasam tal-ġurnaliżmu.

Fuq Twitter il-Gvern lokali ikkundanna dan il-qtil u qal li mhux se jkun hemm l-ebda impunità lejn min jinqabad.