Fil-Mellieħa tista’ tgħix it-Tieni Gwerra Dinjija

Fid-disa' edizzjoni tal-Iljieli Melliħin tista' terġa' tgħix żmien it-Tieni Gwerra Dinjija.
Dan hekkkif fit-tlett iljieli Melliħin, li se jkunu fl-aħħar wikend ta’ Lulju (29 sal-31 ta’ Lulju), se tkun tista' żur x-xelters tat-Tieni Gwerra Dinjija u tara esebizzjoni ta’ vetturi u armamenti ta’ żmien il-Gwerra.
Għall-ewwel darba din is-sena se jkun hemm sitt palkijiet li se jvarjaw minn mużika klassika rock, folklorista, jazz, temi Marjani u talent lokali u internazzjonali.
Il-varjetà mużikali tinkludi lil Band The Beaters, Tribute Band tal-grupp Beatles, lil Paul Abela Big Band li se jtella’ ‘Serata Italjana’, u l-aqwa bands lokali li jinkludu The Fourth Fret, Brooke and Band, u The Crowns.
Għal dawk kollha li jħobbu l-karozzi, fl-edizzjoni ta’ din is-sena se jkun hemm wirjiet ta’ karozzi statiċi, drifting u off-roading
Se jkun hemm ukoll żewġ xenarji kontrollati fejn se jittellgħu wirjiet tal-off-roading u tad-drifting.
Se jkun provdut servizz ta’ Park & Ride b’xejn li sejitlaq mill-Belleview.
Din l-attività hija organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bl-appoġġ tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u s-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali. 
Aktar dettalji hawn.