Il-Kurja f’Għawdex toffri ikla tal-Milied lil dawk waħedhom u fil-bżonn

Il-Dar tal-Irtiri tal-Ġiżwiti, Manresa, flimkien mad-Djoċesi ta' Għawdex f'dan il-Milied se jkunu qed iqasmu ikla tal-Milied lil numru ta' familji fil-bżonn u persuni waħedhom.
Fi stqarrija, il-Kurja ta’ Għawdex spjegat li l-Kap tad-Dar Manresa Joe Mercieca flimkien mat-tim tiegħu, ħadu ħsieb iħejju l-ikel filwaqt li l-kappillani se jwasslu dan ir-rigal fid-djar.
L-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech dalgħodu għamel żjara lid-Dar ta' Manresa u filwaqt li awgura li fid-Djoċesi joktru ġesti ta' mħabba bħal din l-inizjattiva, radd ħajr lil dawk kollha li qed jieħdu sehem f'din il-karità.
Ritratti: Il-Kurja ta' Għawdex